Friday, May 27, 2011

Is-Saċerdot Novell ~ Krystof Buttigieg

Krystof Buttigieg, mill-Qala Għawdex, twieled nhar is-26 ta Lulju 1986, iben Sammy u Frances nee Muscat. Fil-familja jiltaqgħu hu u oħtu Marouska, iżgħar minnu. Krystof beda l-edukazzjoni tiegħu fil-kindergarten u mbagħad fl-Iskola Primarja tal-Qala, bejn is-snin 1991 u 1997. Wara kompla l-istudji tiegħu fl-iskola sekondarja tas-Seminarju Minuri tal-Qalb ta’ Ġesù u mbagħad s-sixth form. Fl-istess żmien huwa kien jattendi wkoll il-preseminarju flimkien ma’ żgħażagħ oħra li kienu jfittxu aktar dwar is-sejħa tagħhom mill-Mulej. Hu kien jgħin u jattendi f’diversi għaqdiet tal-parroċċa, l-ewwelnett tal-abbatini u l-vokazzjonijiet, il-MUSEUM, Radju Leħen il-Qala, il-Kor Magnificat, l-Għaqda Mużikali Ite ad Joseph, l-Għaqda Briju San Ġużepp, l-Għaqda Menhir Qala Folk Group, u ta’ kull sena jgħin ukoll f’diversi attivitajiet marbuta mal-palk u d-drammi fl-istess parroċċa tal-Qala.

F'Settembru tal-2004, Krystof beda l-formazzjoni tiegħu għas-saċerdozju fis-Seminarju Maġġuri tal-Qalb ta' Ġesù u bejn is-snin 2007 u 2008, huwa għamel l-esperjenza tas-sena intermedjarja ġewwa Ruma, fil-parroċċa ta’ Sant’Injazju t’Antijokja. Lura minn din is-sena huwa kompla l-formazzjoni tiegħu fis-Seminarju hekk li fi Frar tal-2009, irċieva l-ministeru tal-Lettorat u f'Diċembru tal-istess sena rċieva l-ministeru tal-Akkolitat. Huwa ġie ordnat Djaknu minn idejn Mons. Isqof Mario Grech, nhar il-Ħadd 20 ta' Ġunju, fil-Katidral tal-Assunta f’Għawdex, u sejjer jirċievi l-Ordni tal-Presbiterat nhar is-Sibt, 28 ta’ Mejju 2011.

Bullettin 29-May-2011

Sunday, May 22, 2011

Ad Multos Annos Dun Karm Xerri


Dun Karm Xerri

Profil

Dun Karm Xerri, bin Wenzu u Angela nee’ Scicluna, hu Mons. Lawrenz Xerri u Kelina Xerri (li mietet b’fama ta’ qdusija) twieled il-Furjana f’Malta fit-2 ta’ Novembru 1932. Huwa gie mghammed fl-istess gurnata fil-Knisja ta’ San Publiju l-Furjana. Ghadda l-ewwel snin tat-tfulija tieghu f’Hal Tarxien u f’Rahal il-Gdid, f’Malta. Huwa rcieva s-sagramenti tal-Ewwel Tqarbina u tal-Konfirmazzjoni fil-parrocca tal-Qala.

Huwa dahal is-Seminarju ta’ Ghawdex fl-1947 u gie ordnat Sacerdot fit-18 ta’ Marzu 1961, proprju hamsin sena ilu mill-Isqof Guzeppi Pace. Huwa qaddes l-ewwel quddiesa sollenni tieghu fil-Knisja Parrokkjali tal-Qala fil-5 ta’ Mejju 1961. Beda l-hidma sacerdotali bhala Vigarju Parrokkjali tal-Qala (Vici-Parroku) mill-1961 sal-1963. Huwa lahaq Rettur jew ahjar ‘Kappillan’ ta’ Kemmuna fl-1963 u ilu iwettaq din l-hidma bl-ikbar dedikazzjoni u hegga ghal dan l-ahhar 48 sena. Bejn 1963 u fl-1970 huwa kien ukoll Surmast tal-Iskola Primarja ta’ Kemmuna. Fl-1980 huwa lahaq Assistent Ekklezjastiku tal-Azzjoni Kattolika fil-Qala u ghadu b’din il-hidma sal-gurnata tal-lum. Ilu jiehu hsieb il-funerali tal-Parrocca bhala Organizzatur tal-Funerali sa’ mill-1990.