Dimostrazzjoni bl-Istatwa ta' Kristu Rxoxt 24-Apr-11 (1) |
Dimostrazzjoni bl-Istatwa ta' Kristu Rxoxt 24-Apr-11 (2) |
... believes in giving its listeners entertainment, energetic and quality programs all year round
Mgr. Grech was welcomed by the Coordinator of the Qala Community Radio Station Mr. Ivan Cefai and the Archpriest Rev. Dr. Joseph Zammit. The questions made to Bishop Grech were without doubt of great interest to the people of
Bishop Grech made it very clear that during this interview he will put aside his Episcopal hat and put on the hat of a normal responsible civilian who will be talking objectively for both the Catholics and then on Catholics, and will try to present the many negative effects that divorce will cause on the couple involved, its extended family and the whole of society. He explained also the effect of the divorce mentality on the Country.
After Radio Lehen il-Qala, other radios from Gozo communities will be invited to broadcast this very important interview of Bishop Grech. We feel sure that the responsible, straight, clear and logic answers given by Mgr. Grech will help listeners in forming their conscience on good solid and moral ground.
------------------------------------------
Nhar il-Ħadd 17 t’April – Ħadd il-Palm – Radju Leħen il-Qala kellu l-unur u s-sodisfazzjon li jilqa’ fl-Istudjows tiegħu lil Monsinjur Mario Grech, Isqof t’Għawdex fejn għal aktar minn siegħa aċċetta li numru ta’ persuni mill-istess Raħal tal-Qala jintervistawh dwar l-issue attwali tad-Divorzju.
Mons. Grech kien milqugħ mill-Kordinatur tar-Radju s-Sur Ivan Cefai flimkien mal-Arċipriet tal-Parroċċa r-Rev. Dr. Joe Zammit. Ma’ dawn is-Sinjuri kien hemm ohrajn li ngħaqdu magħhom u flimkien ippreżentaw set ta’ domandi mportanti li bla dubju huma ta’ interess kbir għall-Poplu Malti u Għawdxi, li erbgħin ġurnata oħra huma mitluba biex b’responsabbilta’ jagħtu l-vot tagħhom waqt Referendum. Dan ir-Referendum mistenni juri x’inhi x-xewqa tal-Poplu tagħna, fir-rigward dwar jekk id-Divorzju għandux jiġi llegalizzat f’Malta tagħna jew le.
Mons. Isqof għamilha ċara li waqt din l-intervista hu mhux ser jitkellem bħala Ragħaj tal-Knisja Kattolika responsabbli mid-Djoċesi ta’Għawdex, kif fil-fatt hu, imma aktar minn hekk huwa ser jargumenta aktar bħala Ċittadin responsabbli u serju, dwar x’inhuma dawk l-effetti li d-divorzju jgib fuq il-koppja nvoluta, l-familjari tagħha u fuq is-Soċjeta’ intiera kif ukoll l-effett tal-mentalita’ divorzista la darba jidhol f’pajjiżna.
Wara li nstemgħet fuq Radju Leħen il-Qala, din l-intervista huwa mistenni li ser tixxandar ukoll fuq ir-Radjijiet tal-Kommunita’ li d-Djoċesi t’Għawdex għandha mxerrdin mad-diversi Parroċċi tagħha. Inħeġġu lill-Għawdxin biex ma jitilfux din l-opportunita’ li jisimgħu l-argumenti loġiċi u naturalment anke morali ta’ Mons. Isqof Grech li żġur huma utli ħafna għall-formazzjoni tal-Kuxjenza tal-Individwu.