... believes in giving its listeners entertainment, energetic and quality programs all year round
Thursday, July 28, 2011
Friday, July 22, 2011
Monday, July 18, 2011
Friday, July 8, 2011
Friday, July 1, 2011
Friday, June 24, 2011
Thursday, June 16, 2011
Friday, June 10, 2011
Monday, June 6, 2011
Friday, May 27, 2011
Is-Saċerdot Novell ~ Krystof Buttigieg

Krystof Buttigieg, mill-Qala Għawdex, twieled nhar is-26 ta’ Lulju 1986, iben Sammy u Frances nee Muscat. Fil-familja jiltaqgħu hu u oħtu Marouska, iżgħar minnu. Krystof beda l-edukazzjoni tiegħu fil-kindergarten u mbagħad fl-Iskola Primarja tal-Qala, bejn is-snin 1991 u 1997. Wara kompla l-istudji tiegħu fl-iskola sekondarja tas-Seminarju Minuri tal-Qalb ta’ Ġesù u mbagħad s-sixth form. Fl-istess żmien huwa kien jattendi wkoll il-preseminarju flimkien ma’ żgħażagħ oħra li kienu jfittxu aktar dwar is-sejħa tagħhom mill-Mulej. Hu kien jgħin u jattendi f’diversi għaqdiet tal-parroċċa, l-ewwelnett tal-abbatini u l-vokazzjonijiet, il-MUSEUM, Radju Leħen il-Qala, il-Kor Magnificat, l-Għaqda Mużikali Ite ad Joseph, l-Għaqda Briju San Ġużepp, l-Għaqda Menhir Qala Folk Group, u ta’ kull sena jgħin ukoll f’diversi attivitajiet marbuta mal-palk u d-drammi fl-istess parroċċa tal-Qala.
F'Settembru tal-2004, Krystof beda l-formazzjoni tiegħu għas-saċerdozju fis-Seminarju Maġġuri tal-Qalb ta' Ġesù u bejn is-snin 2007 u 2008, huwa għamel l-esperjenza tas-sena intermedjarja ġewwa Ruma, fil-parroċċa ta’ Sant’Injazju t’Antijokja. Lura minn din is-sena huwa kompla l-formazzjoni tiegħu fis-Seminarju hekk li fi Frar tal-2009, irċieva l-ministeru tal-Lettorat u f'Diċembru tal-istess sena rċieva l-ministeru tal-Akkolitat. Huwa ġie ordnat Djaknu minn idejn Mons. Isqof Mario Grech, nhar il-Ħadd 20 ta' Ġunju, fil-Katidral tal-Assunta f’Għawdex, u sejjer jirċievi l-Ordni tal-Presbiterat nhar is-Sibt, 28 ta’ Mejju 2011.
Sunday, May 22, 2011
Ad Multos Annos Dun Karm Xerri
Dun Karm Xerri
Profil
Dun Karm Xerri, bin Wenzu u Angela nee’ Scicluna, hu
















